Wayne Flask

Author Translator Music Writer Public Annoyance

12/09/2012
by Der Heckler
Comments

Piccola Malta vs Piccola Calabria

L-apoloġiżmu jdejjaqni, ma nifilħux. Ma niflaħx ukoll it-tentattivi ta’ interpretazzjonijiet akkademiċi/psikosoċjali/soċjokulturali li jsiru dwar sempliċi rakkonti ta’ emozzjonijiet jew opinjonijiet bħalma jsir fuq dan il-biċċa blog. Nerġa’ nibda billi ntenni li jien Filistew u hawnhekk, għallinqas f’din ir-rokna tal-blogosfera fejn hawn keyboard, monitor, u bozza tad-dawl tixxengel mar-riħ minn naħa għall-oħra, wisq x’tanalizza m’hawnx. Continue reading