Wayne Flask

Author Translator Music Writer Public Annoyance

14/04/2011
by Der Heckler
4 Comments

Il-Gaddazz kontra Allied Newspapers, Vol. 1

Ftit tal-jiem ilu, fost l-orġja ta’ aħbarijiet ftit jew wisq relevanti li ssib fil-paġni tat-timesofmalta.com (biex inkun sinċier l-ammont ta’ aħbarijiet li qed jaslu permezz tas-siti, networks soċjali u Marija li tkun għand tal-ħaxix tant hu vast li Gaddafi jinkwetani inqas mill-prezz tal-karfus) kien hemm artiklu ċkejken dwar xi forma ta’ insett li huwa velenuż. Tgħidu intom, li ma kienx għal dak il-ġenju militari mpjegat ta’ l-AFM li n-nies jirreferu għalih bħala ‘suldat’, jew fl-ispeċifiku, is-suldat li kiel il-wirdiena u spiċċa l-ITU (sinjal li l-mara vegan jew timpana biss issajjarlu) ma konniex nitħajru nħarsu lejn dan l-artiklu. Continue reading