Wayne Flask

Author Translator Music Writer Public Annoyance

30/04/2015
by Der Heckler
0 comments

L-Irrilevanti SPEĊJALI

“Malta’s President has consigned her presidency to absolute and total irrelevance when she speaks about immigration and integration of the Maltese with African and Eastern European immigrants.”

Immaġinaw għal nofs minuta li qrajtu din il-frażi iżda ma tafux ta’ min hi. Subgħajkom bla dubju tippuntawh lejn xi ħadd mil-lemin estrem, jew minn xi ħadd li spiss jgħidlek “jien mhux razzist, imma…” u jkompliha b’xi ħaġa razzista iktar mill-istatut tal-KKK. Continue Reading →

13/04/2015
by Der Heckler
0 comments

Sakemm Insibu ż-Żejt…

Xtaqt nistenna li jasal Mejju biex intenni dak li qed inħoss dwar l-istat ta’ pajjiżna fuq il-palk permezz tad-debutt tiegħi b’Sibna ż-Żejt (Teatru Manoel, f’dawn id-dati).

Madankollu l-avvenimenti tal-jiem li għaddew tellgħuli dik il-boqqa iebsa ħafna f’sidri li diffiċli neħles minnha. Ir-rabja għat-telfa tal-“Le” fir-referendum tal-kaċċa għaddietli relattivament malajr (bis-saħħa ta’ logħba oxxena oħra tal-Milan). Dak li jibqa’ jdarrasni huwa l-istat tal-politika f’pajjiżna u l-ġlieda eterna tas-soċjetà ċivili biex tikseb dak li hu ġust. Continue Reading →

13/12/2014
by Der Heckler
0 comments

Ir-Raġel li Miet Darbtejn, Tlieta

Għeżież,

M’inix membru jew tesserat f’ebda għaqda, organizzazzjoni, partit politiku, każin tal-boċċi, ma nilgħabhiex tan-newtrali għax in-newtralità hija raħal bejn l-ipokrezija u l-injoranza, m’inix intellettwali u ma nixtieq qatt inkun jekk dan ifisser li għandi noqgħod lura, jew b’xi mod attent, milli ngħid biss dak li tassew naħseb. Dalgħodu, filfatt, qomt kmieni biex ngħidu.

Continue Reading →