Wayne Flask

Author Translator Music Writer Public Annoyance

24/05/2008
by Der Heckler
2 Comments

Dalwaqt

“Qed tibda tħossok xi ftit għajjien?” Kellu raġun. Is-sala li kont fiha, bajda karti, kienet qed tibda tiddallam bil-mod, u mixħut fuq is-sodda kif kont b’wiċċi ‘l fuq, kelli għajnejja miftuħin beraħ. Bdejt inħosshom jingħalqu. Ma kellix saħħa niġġieled mal-loppju. … Continue reading

11/03/2008
by Der Heckler
0 comments

Burraxka Niexfa

Le, ħuti, jien m’inix bħalkom. Ma nqattax il-Ħadd waranofsinhar imkeffef f’bandiera sewda bil-bord isfar, disinn daqsxejn antik, indoqq il-ħorn ma kull kelma li jgħid il-mexxej. Ma kontx ser inċapċap għax il-mexxej akkuża lil xi ħadd korrott. Kont nisbel, iva, iżda … Continue reading

06/01/2008
by Der Heckler
8 Comments

(She’s Lost) Control (Again)

Kienet bilqiegħda ħdejn ommha. Widnejha miftuħin beraħ, ħalqha magħluq, xufftejha mgħaffġin flimkien fi tbissima stramba, kważi sfurzata. Idejha m’għandhomx kwiet. Qed jiżfnu żifna mgħaġġla u skomposta, bogħod minn għajnejn Ian. Ommha ma kinitx qed tagħti każ. Ilha hekk snin twal … Continue reading

03/12/2007
by Der Heckler
4 Comments

Niki Gravino

Meta kien ma’ SKyN kont naħsbu xi tikka stramb. Kien jaf il-Bibbja, lil Nietzsche, Baudrilliard, Eco u biżibilju bestsellers li ma jaqgħux fi ħdan il-klassifika tal-fiction. Jekk tidħol Sapienza aktarx li ssibhom fis-sular ta’ fuq jew fl-ixkafef li hemm fit-taraġ … Continue reading