It-Tieġ ta' Alessandro
Din hija l-ewwel quddiesa wara kważi sena sħiħa.
Lanqas is-sħana, u r-riħ isfel iqatta' ta' dan is-Sibt ta' Awwissu Malti li tani ftit iktar minn Lulju ma żammni milli mmurha, din il-quddiesa.
Fil-kalma tal-Knisja ta' Santa Marija, Birkirkara, bdew jaslu bil-mod in-nies. Il-knisja żgħira, magħmula mill-ġebel, xejn m'għandha x'taqsam mal-mostru li hemm imsemmi għal Santa Liena. Konna nimxu lejn dawn it-toroq fiż-żmien li konna mmorru San Alwiġi, u naqbdu l-karozza tal-linja lejn il-Belt, l-iktar fi żmien l-eżamijiet meta Karmnu ma kienx jiġi għalina bil-vann.
Wasalt fil-ħin, għal darba. Qed nara lil Lara u lil Tony resqin mill-bogħod, u magħhom hemm il-figura familjari, twila, ta' Jean Pierre. U, bħalma jiġrili kważi f'kull tieġ, insib quddiemi l-karozza tal-miżżewġa.
Romina kienet ilha titbissem ġurnata sħiħa, u niżlet mill-karozza (wara r-ritratti tas-soltu) b'daħka minn widna sa widna. Ma ttihiex tort.
Sieħbi Alessandro rajtu mill-bogħod, bilwieqfa ħdejn l-artal. Sibt posti ħdejn Lara u Tony, u Joe Zerafa. Xi pjaċir, l-antiki tal-JP reġgħu ltaqgħu. Quddiemna, wara ftit, ġie jpoġġi Josef. U issa għaqqadnieha, għax Jonny daħal (tard) u anke l-Gabz.

* * *
Il-wegħda, Romina u Alessandro, għamluha bit-Taljan. Huwa Sqalli, hi Maltija li titkellem Franċiż eċċellenti. L-imħabba m'għandhiex ilsna.
* * *
Din il-mixja twila li twasslek mid-daħla sa ma tasal fil-milja tal-Phoenicia Bastions diġa mxejtha, b'ħafna anqas allegrija, xahar ilu. Did-darba, jien u l-Gabz qed nidħku u nimsħu l-għaraq minn ma' xbinna, nisħtu xortina li m'hawnx żiffa u li t-triq għad fadlilha.
Waqt ir-riċeviment bdejt inħossni qisni mort lura b'sena. Cari Fottutissimi amici, kemm ħassejtni bogħod mill-ironija tagħkom. Issa erġajt qed induqha, għax ħadtu fost affarijiet oħra, spunt mill-ħwejjeġ u miż-żarbun (saħansitra l-fotografu ried rikordju tiegħu), biex biċ-ċajt tagħkom tfakkruni li għadkom l-istess ta' żmien.
Bejn vodka u ieħor (għamlu doppju, mill-ewwel) dħakna u ċċaċrajna. Il-ħin qed itir. Alessandro għadu kif iżżewweġ u għadna ma dorniex waħda sew miegħu.
Fuq ċinta żgħira, bogħod mill-istorbju ta' Jean u Raphael, qed ngħid kelma bejn tnejn. Jien u ħabibti Becky, wara tant żmien. Wara ftit, bil-platt f'idejh, poġġa Kurt, l-għarus tagħha. Lanqas lissen kelma, u ma nafx kienx qed jisma lilna.
Tazza nbid u sigarett wara l-ikel. Toni l-Babu (Tony Tony għal min jisma l-Bay) beda jqajjem ftit il-mużika. Alessandro e Romina, aprite le danze.
Ma kinitx kelma.
* * *
Saru s-siegħa w xi ħaġa ta' filgħodu. Żfinna (jew ippruvajna), xrobna, dħakna, erfajna lil Ale, bisna lil Romina, għamilna ċ-ċirku, imbagħad il-ferrovija, imbagħad xi żewġ ritratti li aħjar ma nuruhom lil ħadd, aktar ċajt. U ġie n-ngħas.
Il-mixja 'l barra mill-Phoenicia dejjem tidher iqsar milli tkun fil-bidu. Minn fost il-ġgajta nies li konna, xi ħadd staqsa, Imma kif dejjem aħna nitilqu l-aħħar?
Lil Alessandro stajt narah mill-bogħod, jirkeb fil-karozza li ser tieħdu lejn il-ħajja l-ġdida.
Ir-ritratti tista' tarahom hawnhekk.