Saħħa, Wenz
Qed inħarbex dawn l-erba' kelmiet wara li kilt biċċtejn laħam u ċikkulata, u qed nisħet is-siegħat u l-mumenti li fihom ma mortx nara lil Wenzu tagħna.
Wenzu ħalliena tard is-Sibt filgħaxija. Dak ir-raġel li niftakru meta kont tifel u kont ngħaddi s-sajf għand in-nanna u kienet toħroġni l-monti tal-Birgu, nhar ta' Tlieta. Kien jarma bl-imqaret, Wenzu tagħna. L-ewwel darba li doqt maqrut kien minn ta' Wenzu, u ma tantx kienu għoġbuni dakinhar. Imma kont bdejt nidrahom bil-mod il-mod.
Hekk kif kien jibda jidħol Settembru, u jersaq aktar lejja, jheddidni b'kemm għandu saħħa, il-ħsieb ta' l-iskola u ta' sena ġdida, kont ingawdi kull minuta minn dawk il-ġranet sajfin tal-Birgu. Bejn l-għajjat tal-bejjiegħ tal-ħut u l-qrid tan-nisa tad-dar fuq kif qed ifotti Johnny tal-ħaxix, kont nintefa bilqiegħda fuq banketta minn ta' Wenzu, niggosta x-xemx għaddejja.
L-aħħar li rajt lil Wenzu kien sentejn ilu, waqt lejla xitwija fid-dar ċkejkna tiegħu, dejjem fil-Birgu. Jum il-Milied.
Minn dakinhar l'hawn ma erġajtx rajtu. Iż-żmien ma kienx ser joqgħod jistenna lili. Strieħ fil-paċi, Wenz.