God's Gonna Cut You Down
"You can run on for a long time
Run on for a long time
Run on for a long time
Sooner or later God'll cut you down
Sooner or later God'll cut you down"
Din hija waħda mill-aħħar iljieli ta' Diċembru, 2006. Sena twila bħall-oħrajn, fuq il-kalendarju. Sena qasira aktar mill-oħrajn, għallinqas, fil-kurituri ta' moħħi.
Ma domtx wisq ma rqadt, wara parlata twila fejn anke l-inbid li kelli ġo fija qal xi żewġ kelmiet. Marret għajni bija, u fis-sagħtejn ta' filgħodu qajjimni l-VH1. Leħen ta' raġel, maħnuq, tisimgħu darba u tinduna li għadda minn fuqu l-għamad taż-żmien. Hemm rabja bierda fih u fil-kitarra fqira, kważi bla grazzja, li għaddejja fl-isfond.
Qed juru video ta' Johnny Cash - li miet żmien ilu, meta jien kont għadni DJ il-Coconut. Fil-video ma jidhirx Cash innifsu, imma jgħaddu l-uċuħ u l-ħsibijiet ta' Iggy Pop, Bono, Patti Smith, Kris Kristofferson, Kate Moss, Justin Timberlake, Anthony Kiedis, Flea, Jay Z, Keith Richards, Johnny Depp, id-Dixie Chicks, Terrence Howard, Dennis Hopper u lejn l-aħħar, il-producer Rick Rubin.
Fil-ħemda ta' dak il-lejl ta' Diċembru, iż-żewġ minuti ta' dan il-video suppost ikunu biżżejjed biex wieħed jidħol ftit fih innifsu. Fl-aħħar, Rubin joħroġ minn karozza u jitfa' mazz fjuri minn fuq irdum, għal isfel, fil-baħar.
Dawwart wiċċi 'l isfel, u bħalma nagħmel dejjem, erġajt irqadt.

* * *
Ħriġt fl-erbgħa ta' filgħodu, fid-deżert tal-pjazza tas-Siġġiewi. Id-dawl baxx. Il-ħġieġ ta' dak li xi darba kien flixkun tal-birra għadu ma' l-art, fid-daħla tas-sqaq. L-uniku ħoss biex iżomm kumpanija lil San Nikola kien ġej minn radju żgħir, li dejjem nisimgħu għaddej igedwet waħdu fil-ħemda, u qatt ma nista' naqbad minn fejn ikun ġej.
Wasalt id-dar u xgħelt il-kaxxa. Fuq ir-Raidue, flok dak li jgħaddi l-ħin jispjega l-matematika, kien hemm l-aħbarijiet. U dawwartlu fuq ir-Raiuno u fuq ir-Raitre, kien hemm l-istess. Għollejt kemm kemm il-volum, biex ma nqajjimx dar sħiħa. U qlibtlu fuq it-teletext, malajr. Donni kont naf x'ġara.
Lil Saddam, rabtuh minn għonqu u għallquh.

"Go tell that long tongue liar
Go and tell that midnight rider
Tell the rambler, the gambler, the back biter
Tell 'em that God's gonna cut 'em down
Tell 'em that God's gonna cut 'em down"

Saddam Hussein al-Tikriti, fl-aħħar waslet tiegħek ukoll. Ħallewk għaxar minuti mdendel minn għonqok, taħtek kien hemm ix-xejn. Inti bqajt sa l-aħħar tgħid li inti l-President ta' l-Iraq u li kulma kien qed jiġrilek kien assurd, illegali. Imma minn meta qabduk, għonqok kien diġa marbut u kont taf li mill-patibolu ma kellikx ħelsien.
L-uniku ħasra hi li tlaqt daqshekk malajr. Messek batejt ftit inti ukoll, bħalma batew dawk in-nies kollha li għexu - u mietu - fi zmienek. Tafx, Saddam, issa ġejt fi kliem id-diska ta' Cash. Ħadd wara Ħadd tasal ta' kulħadd.
Minjaf illum kemm-il familja fin-nazzjon li inti mexxejt - jew kaxkart minn għonqu - ser torqod daqsxejn aktar kuntenta. Fl-aħħar, saret ġustizzja għat-telfiet tagħhom.

Imma tafx, forsi ma saritx għal kollox.
Għada filgħodu, bis-saħħa tiegħek u ta' iben sieħbek li kien itik l-armi, dawn in-nies iridu joqogħdu attenti fejn jimxu. Ma jafux hux ser imorru lura lejn darhom biex jiċċelebraw il-Hajj mal-familja.
Int u min dendlek kollha l-istess. Issa, pero, hawn wieħed inqas.
Tistennix fjuri, did-darba.