Camden Town (5)
Inżilna mit-tube tal-linja s-sewda, wara mixja qsajra lejn Euston. Ħarist lejn waħda mill-ewwel tabelli li rajt quddiemi u ħassejt dehxa ta' ferħ li ftit tħoss bħalhom.
Fl-aħħar qiegħed hawn.
Fl-aħħar qiegħed hawn.
* * *
Dakinhar, is-Sibt 28 ta' Ottubru, kien il-jum uffiċjali tal-Ferħ Tant Mistenni. Qomt filgħodu b'daħka minn widna sa widna, kont qisni pjanu, sitta u tletin sinna (jew kemm għandi) jidhru kollha kemm huma. Ħadt breakfast ħafif u nħsilt, bqajt insaffar nofsiegħa sħaħ sakemm beda jaqbeż id-demm mix-xoffa ta' isfel, u naħseb li qażżiżt il-blokk ta' Ainsdale kollu.
Tlaqna fil-ħdax ta' filgħodu flok morna l-Camden Market, li konna ser inħalluh għall-Ħadd.

It-tempju l-ġdid jinsab f'żona magħrufa bħala Ashburton Grove. Tempju li sewa €400 miljun, għalkemm naħseb li kull ċenteżmu intefaq tajjeb. Morna niġbru l-biljetti. Il-mara li kien hemm mal-counter, dħulija u dejjem tidħak, talbitni "a form of identification, Mr Flask..."
Jonny infaqa' jidħak bija malli sema dik il-Mr Flask. "Mr. Flask? Qisha qed titnejjek bik qalthielek..." Dak il-ħin ftakart li kellu oħtu u m'għedtlu xejn.
Dorna ftit mal-post. Rajna t-tempju l-antik, li minn ġewwa qed jitwaqqa' biex jagħmel lok għal bini ta' appartamenti. Bejn iż-żewġ tempji hemm żona residenzjali, li issa drat tiltaqa' mal-ħerba li tħalli folla ta' 30,000 pellegrin (li issa saret 60,000) kull nhar ta' Sibt waranofsinhar.
Il-pellegrini tagħna kollha lebsin l-aħmar, bil-kmiem bojod, bħall-ikoni tagħna. Għandna bokka bil-kuluri, bit-tempju l-ġdid, bil-Franċiż ix-xiħ u bil-Franċiż ta' quddiem, u issa anke bl-iSpanjol. U llum se nuruhom, lil dawk tal-qiegħ ta' Liverpool (dawk lebsin il-blu biex niftiehmu), x'insarrfu.
Din l-esperjenza mistika li ser nitħaddet dwarha m'hijiex mawra lejn Lourdes jew laqgħa mad-Dalai Lama jew setet oħra. Ir-reliġjon tiegħi, għal dawn l-erbgħa siegħat, hija l-football. It-tempju huwa l-Emirates Stadium, ftit bogħod mit-tempju l-antik ta' Highbury, u ġejna naraw lil Henry u sħabu. Illejla, Arsenal-Everton tibda fit-tlieta ta' wara nofsinhar.
Dorna mal-bini kbir ta' l-istadium il-ġdid u ġbidna erba' ritratti kif imiss. Dħalna ġol-kumpless ta' l-Emirates għall-ħin tas-siegħa. Tlajna t-taraġ bilmod, konna minn ta' l-ewwel. It-taraġ spiċċa u dħalna fil-bieb immarkat "Green Ring M". Ftaħt il-bieb u għajnejja ferħu. U bil-mod il-mod il-ferħ infirex ġo fija. Jonny, li lanqas jinteressaħ il-ballun hux kwadru jew ovali, ukoll baqa' imbellaħ. Ħarist lejn il-ġmiel ta' xena quddiemi. Meta jimtela, ħsibt, ħa jkun anke isbaħ.
Inżilna isfel naraw il-logħba tac-Chelsea mas-Sheffield United. Kien hemm wieħed ħdejna, pellegrin kbir u oħxon li fetaħ ħalqu darbtejn, biex jidgħi: is-Sheffield tilfu penalty, u kwarta wara skorjaw ic-Chelsea.
Ma domniex naraw wisq, erġajna morna nieħdu postna biex naraw il-logħba. Mas-sagħtejn bdew iċ-ċaqliqiet fil-pitch: Ħarġu l-goalers ta' l-Everton jagħmlu l-warming up. Ċapċip ħafif minn nies li kienu qed jimlew l-Emirates. Wara ftit ħareġ Manuel Almunia, is-second goaler tagħna, u anke Jens Lehmann. Ċapċip, aktar qawwi did-darba.
L-Everton ħarġu jagħmlu warming up, taħt il-lasta tagħna. Bdejt nagħraf xi uħud minnhom, u b'hekk lil Jon stajt infiehmu min huma Cahill, Arteta, Johnson, Phil Neville, Tim Howard u Alan Stubbs.
Malli ħarġu ta' l-Arsenal għall-warming up qam l-applaws tal-folla. Bdejt nagħrafhom mill-bogħod: l-ewwel wieħed kien Pat Rice, assistent ta' Wenger. Imbagħad il-players: Henry, Rosicky, Gilberto, Hleb u van Persie (il-favoriti tiegħi), Gallas, Fabregas u Toure (favoriti tal-folla wkoll), Hoyte u Djourou. Ftit 'il bogħod minnhom kien hemm il-ħamsa li kienu se jibdew fuq il-bank: Senderos, Flamini, Aliadiere, u Walcott.
Minn fejn konna bdejna naraw ċar ħafna. Qisek qiegħed f'cinema kbir, saħansitra tara l-players jitkellmu bejniethom. U taħtna bdejna naraw anke s-supporters ta' l-Everton, jieħdu b'idejn il-mascot tagħna.
Ħdejja poġġa wieħed bit-t shirt ta' l-Arsenal ta' sentejn ilu, l-aħħar waħda li ħarġet bl-aħmar modern bil-logo ta' l-O2. Kellu il-kitba 'God' u n-numru għaxra fuq wara, wisq probabbli għal Dennis Bergkamp, li hawnhekk baqa' idolu maħbub, kważi adorat.
L-atmosfera. Xbajt nisma' din il-frażi dwar l-atmosfera fil-grawnds Ingliżi. L-ewwel ħaġa kemmxejn stramba li nnutajt kienet li konna ser nibdew naraw logħba mingħajr 'l-għajnuna' tal-kummentarju. U wara ftit għedt lanqas replays, mela aħjar niftaħ par għajnejn daqs dinja.
Ħareġ ir-referee, Alan Wiley, il-linesmen, il-coaches (Wenger, milqugħ minn applawsi kbar, u Moyes, kważi injorat totalment). Il-PA System ħabbar iż-żewġ skwadri: u l-aktar wieħed li qala' tisfir kien Philip Neville, li kien jilgħab mal-Manchester United u ma tantx huwa għal qalbna.
It-tlieta neqsin ħamsa, u jien mejjet biex tibda l-logħba. Iż-żewġ teams neħħew it-track suits, ingħaqdu f'linja twila ħdejn nofs il-ground, ħadu b'idej xulxin u ħadu posthom fil-pitch.
Il-lasta ta' l-Arsenal kienet taħtna. Jens Lehmann beda jagħmel il-warmup ta' malajr. Kori tas-supporters ma jaqtgħu xejn. Tweġiba dgħajfa ta' l-Everton, tisfir minn ta' l-Arsenal, u aktar kori tal-Gunners. Toure ġie taħtna, ċapċap tnejn ħfief lis-supporters u dawn irrispondew b'aktar ċapċip.
Wiley poġġa s-suffara ma' ħalqu u beda l-ispettaklu.
U bdew. Ġirja ta' Van Persie, xutt barra. Rosicky, barra. Arteta, foul fuq Gallas u karta safra lit-tnejn li huma. Kont għadni qed niġbed ritratt waqt corner ta' l-Everton. Neħħejt il-camera minn ma' wiċċi u nara l-impossibbli: Cahill imiss il-ballun b'rasu, jitilfu, jinżel fuq siequ u minn quddiem Lehmann sparah ġewwa, fir-rokna tax-xibka fejn lanqas 3 goalers ma kienu ser jilqgħuh.
Jonny ġibed waħda ħafifa u jien waħda ħoxna. U minn hemmhekk ħadtha qatta bla ħabel kontra l-Everton (tal-Marsa, bdejt ngħajtilhom).
Il-logħba kompliet. Dejjem Rosicky, Henry, Hleb u van Persie l-aktar attivi, idawru l-ballun iżda jidħlu fil-kaxxa mingħajr ma jkollhom mod kif jixxuttjaw fil-lasta. Henry kien diżappuntanti.
Ippruvaw kemm setgħu, imma daħlu fil-half time minn taħt. Mort nagħmel pipi ta' malajr (domt kwarta sakemm dħalt u ħriġt) u erġajt sibt posti. Mar jagħmel pipi Jonny u sakemm ġie kien beda t-tieni half. L-Arsenal qed jattakkaw taħtna, did-darba.
U l-pressjoni baqgħet iżżid. Jonny kien għadu lanqas poġġa, Henry kellu daqqa ta' ras minn taħt Howard eżatt, u dan irnexxielu jilqgħu. Bqajt b'ħalqi miftuħ bħal nofs l-istadium: ħadd ma ried jemmen. Jonny kważi tilef il-kolp u kien ser jirfes lil God.
...ikompli