Notte Bianca
Dik it-tagħfisa tal-lejl ta' qabel kienet għadha ġo fija. Waħda minn dawk li tibqa' tiftakarhom għal tlett ijiem, u mbagħad mar-raba' ġurnata tinsa kif kienet u terġa tibda titkarrab għal oħra.
Is-Sibt, jien u nsuq lejn il-Belt, waqaft f'nofs Diċembru Tlettax bit-traffiku li kien hemm. Lanqas it-Tnejn filgħodu ma jkun hekk. Ipparkjajt fi triq x'imkien il-Ħamrun u mxejt sal-Belt.
Illejla, il-Belt se tibqa' imqajma sa l-erbgħa ta' filgħodu għax, bħat-Taljani, se jagħmlu Notte Bianca.
Iżda, taf inti, meta tkun Ruma, trid tagħmel kif jagħmlu r-Rumani; meta tkun il-Belt, agħmel kif jiftillek.
Kastilja fetħuha għan-nies u kien hemm kju twil kilometru biex jaraw fejn jaħdem Gonzi. Anke l-Barrakka ta' fuq kienet mimlija nies. Kien hemm riħa ta' qali kbira fl-arja, speċjalment ta' imqaret. Riħa ta' kultura, imkien. Saħansitra fi Strada Merkanti kien hemm min daħal għand Balbi biex jara l-microwave u l-Magimix.
Fil-verità, aktar minn Notte Bianca kien hemm gwerra. Nies jimbuttaw u jiġru mat-toroq donnhom qatt ma ġew il-Belt. Naħseb tad-dipartiment tal-Kultura (erbgħa għajjenin li kont niltaqa' magħhom meta kien ikollna l-votazzjonijiet għall-festival tal-Maltasong) ma stennewx li kienu se jaqilgħu daqstant nies mis-sodda biex jitilgħu l-Belt.
Ħdejn Kordina ltqajt ma' Simon, il-vjolinist. Siegħa w nofs qabel kont għadni kif ilħaqtu jdoqq ħdejn stand ta' l-Ewropa. "Eħe?" qalli, b'dik l-umilta li dejjem iġorr miegħu. "Kulma kien jonqosni kappell biex niġbor it-twosentsijat tan-nies..." u daħakha. Għedt ċaw lil Simon u lil sħabu, ħbatt ma' Leonard, għedtlu ċaw, iltqajt ma' Bernard il-Buba (li kien skola miegħi, u suppost m'għadnix ngħidlu Buba) u ftit wara ma' Rene li jieħu r-ritratti. Notte Mgħaġġla.
U mbagħad bdiet dik iż-żifna stramba li għamilna biex neħilsu milli niltaqgħu ma' ċertu nies.
Meta tkun Ruma, tpoġġi fuq it-taraġ ta' Piazza di Spagna, tixgħel sigarett nofsu mgħattan u tħares lejn il-funtana, id-dwal tal-ħwienet mixgħulin, u tisma' liż-żgħażagħ Taljani - forsi mhux aktar minn tmintax-il sena - iparlaw bejniethom fuq min minnhom se jgħabbi lil min. Ir-riħa ta' ħaxixa li jkun hemm fl-arja tibda kważi tħajrek.
Meta konna il-Belt, poġġejna fit-taraġ ta' Triq l-Arċisqof. Ħadna birra għax taċ-ċajt toħroġ it-tazzi ta' l-inbid 'il barra mill-għatba tal-bar. Ma kienx hemm fejn tpoġġi. U l-barranin għamlu bħalna, għax hekk iħossuhom aktar komdi. Wara ftit qomna minn fejn konna u morna nagħmlu l-istess ħaġa ħdejn pont zgħir li jaqsam minn fuq trejqa mudlama, viċin il-Port il-Kbir.
U ma kienx hemm riħa ta' ħaxixa, u d-diskussjonijiet tan-nies lanqas tant tajt kashom.

* * *

Mas-siegħa u nofs ta' filgħodu morna fit-Teatru l-Antik naraw lil Tribali. Sensazzjoni tal-mument. Ġibdu magħhom folla kbira ta' nies. U r-riħa tal-ħaxixa.
Rajthom strambi, lil Alistair u Adrian, li niftakarhom idoqqu mal-Colourblind, bil-ġkieket tal-ġilda, ma' Pawlu li siefer il-Kanada bil-vjolin u ma ġiex lura malajr. Ħadt gost nara lil Dru, bniedem kbir f'kull sens. Kien siefer l-Irlanda mal-band tal-Fesu u kienu marru tajjeb. Dak iż-żmien, konna t-tliet imqarbin tal-Coconut. Il-Fesu u jien konna DJ's, u d-Dru kien security. Fil-ħamsa ta' filgħodu konna mmorru nieħdu chicken mimlija żejt wara lejla xogħol. U ġieli kien jitfaċċa Oliver, jidgħi kemm jiflaħ minħabba Janet.
Kemm jiġri ż-żmien. Xbajna ngħiduha din.
Ħarist lejn l-arloġġ, lejn is-sema, u ħsibt li anke l-ħin kien qed jiġri. Bdiet tqattar ix-xita. U l-ilma li beda nieżel ma ħafirha lil ħadd. Bil-mod il-mod, anke ta' l-imqaret beda iħott kollox.