Ix-xemx qatt ma titla' f'din il-belt. Il-griz iserrep kullimkien. Donnha minjatura ta' Brussell fejn in-nies jitkellmu bil-Germaniz. Il-bicca Rhein li tghaddi minn dil-belt qisha xmara ta' ilma qieghed. X'nervi ta' temp...
Qomt is-sibt filghodu fit-tmienja u nofs. Ma nafx ghalfejn, meta ma norqodx f'sodti dejjem inqum kmieni. Is-sinus dejjaqni ftit bil-lejl. Wara dawk is-sigaretti kollha fil-Mediaplatz messni stennejtha. Imma r-raqda kienet komda. Is-sodda baxxa, b'kutra tal-fur li kelli hajra nehodha mieghi lura Malta. Il-Greatest Hits ta' Sheryl Crow kien ghadu qed idur fl-istereo zghir li kien hemm hdejn il-frigobar. Kienet ghaddejja Leaving Las Vegas. Il-kamra, ghalkemm zghira, kien fiha kulma trid, sahansitra kopja tal-ktieb tal-Buddha Siddharta. Li ma kontx daqshekk ghajjien bix-xorb kont nithajjar naqra kapitlu, jew tnejn.
Tharrikt mis-sodda, u ftaht it-tieqa. Kollox griz. Shab gholi, shab baxx. Umdita. Fil-blokk ta' faccata kien hemm mara ta' madwar hamsin qed tahsel is-sink tal-kcina. Tas-sular ta' fuqha kellhom TV bis-satellita. Is-Savoy Hotel, fejn konna ahna, qeghda f'nofs il-kwartier Tork ta' Kolonja. U Ivan kien qalilna l-Gimgha filghaxija, qabel ma hrigna, biex noqoghdu attenti ghax dik mhux zona sabiha. B'dik il-birra kollha li kellna go fina, mhux difficli biex naghmlu xi wahda.
Hadt shower. Kien hemm pressa ta' ilma li thajrek taghmel siegha shiha fis-shower. Kont ghadni ma gejtx f'tieghi ghal kollox, izda xorta wahda hrigt, ixxuttajt, ilbist is-soltu jeans u s-soltu t-shirt ta' Homer Simpson, u tlaqt lejn is-sular ta' isfel nett ghall-breakfast. Malli hrigt sibt il-cleaner, li dehret pjuttost zghira, u saqsietni jekk tistax tidhol tnaddaf il-kamra. Bin-naqa Germaniz li kont niftakar (ja u danke) ghedtilha "Iva, grazzi."
X'hin wasalt isfel rajt li l-ohrajn kienu diga qamu. Friski bhal hassa, bis-sigarett f'idejhom u bil-furketta fl-ohra.
Ma' l-imwejjed l-ohra, kien hemm kwazi n-nies kollha li rajna lejliet u li min jaf kemm konna dhakna bihom. U b'xi mod jew iehor tinduna li qed josservawk huma wkoll, u min jaf kemm kienu dahku bina, meta rawna ghall-ewwel darba fir-reception nigbru c-cwievet tal-kmamar taghna.
Sadattant, bin-nofs sturdament jaghmel bija, bdejt biex ninfexx fil-yoghurt tal-frawli. Ivan u Debbie tfaccaw.