Għalik (Marsascala 90210)
B'apoloġija lil Lorenzo Cherubini. Qomt dalgħodu u ħarist mit-tieqa, ma stajtx nagħmel mod ieħor. Issa jekk trid tpattihieli, għandek elf raġun...
Huwa għalik, it-tvenvin tal-makkinarju
Storbju t'Alla qabel tqum
Huwa għalik, xaħx u torba kullimkien
Ħġieġ iterter ma' kull skoss
Hija għalik, festa pubblika fej qomt kmieni
bil-jackhammer flok bl-alarm
Huwa għalik, dan l-uġigħ ta' ras mill-kbar
Qum minn hemm, mur ħu kafe
Huwa għalik, it-twerżiq ta' filgħaxija
Tal-ġirien li qed jitmasħnu
Huma għalik l-aħbarijiet tas-Super One
Tombla, Bomba u Xarabank
Huwa għalik il-ħorn tal-vann tal-ħobż
Dak li jqajjem il-mejtin
Huwa għalik meta jiġi dak tal-ħut
Jew meta jgħaddi tal-mutur
Huwa għalik, il-mistrieħ waranofsinhar
Wara xi jum taħdem daqs bagħal
Hija għalik għodwa oħra mingħajr dawl
Addio fann u microwave
Huma għalik il-klieb jinbħu fil-garaxx
kull darba li jilmħu xi insett
Huwa għalik stereo tal-FIAT 500
Miftuħ kollu taħt it-tieqa
Huma għalik il-ħaddiema jidgħu b'Alla
waqt is-siegħa tal-cartoons
Hija tiegħek, il-korla, l-fixla, d-disprament
Hija għalik dis-sinfonija
Minn Jannar sa tmiem Diċembru
Din għalik minn x'ħin jidden is-serduk
Hi Triq Beirut, ġo Wied il-Għajn
Huwa għalik, it-tvenvin tal-makkinarju
Storbju t'Alla qabel tqum
Huwa għalik, xaħx u torba kullimkien
Ħġieġ iterter ma' kull skoss
Hija għalik, festa pubblika fej qomt kmieni
bil-jackhammer flok bl-alarm
Huwa għalik, dan l-uġigħ ta' ras mill-kbar
Qum minn hemm, mur ħu kafe
Huwa għalik, it-twerżiq ta' filgħaxija
Tal-ġirien li qed jitmasħnu
Huma għalik l-aħbarijiet tas-Super One
Tombla, Bomba u Xarabank
Huwa għalik il-ħorn tal-vann tal-ħobż
Dak li jqajjem il-mejtin
Huwa għalik meta jiġi dak tal-ħut
Jew meta jgħaddi tal-mutur
Huwa għalik, il-mistrieħ waranofsinhar
Wara xi jum taħdem daqs bagħal
Hija għalik għodwa oħra mingħajr dawl
Addio fann u microwave
Huma għalik il-klieb jinbħu fil-garaxx
kull darba li jilmħu xi insett
Huwa għalik stereo tal-FIAT 500
Miftuħ kollu taħt it-tieqa
Huma għalik il-ħaddiema jidgħu b'Alla
waqt is-siegħa tal-cartoons
Hija tiegħek, il-korla, l-fixla, d-disprament
Hija għalik dis-sinfonija
Minn Jannar sa tmiem Diċembru
Din għalik minn x'ħin jidden is-serduk
Hi Triq Beirut, ġo Wied il-Għajn


0 Comments:
Post a Comment
<< Home