Bertolino
Joe u Anna jafu kważi lil kulħadd. Waħda li taħdem fid-Duty Free tax-xorb weħlet tparla ma' Joe. Id-diskursati kienu dwar it-tfal, il-kunċert li konna sejrin naraw, sigaretti, min se jkollu tifel, u kemm idoqq tajjeb sat-tmienja ta' filgħodu. Dak il-basket li kelli fuq spallti bdejt inħossu tqil, tant li bdejt naħseb li mlejt il-basket bil-blat.
F'daqqa waħda tfaċċa wiċċ familjari. Imma mhux Malti. Kont għadni kif rajtu l-lejl ta' qabel fuq ir-Raitre.
"Joe, ara
"Min?" Joe baqa jikteb il-messaġġ.
"Joe..." Ġbidtu ftit mill-flokk.
Joe għolla rasu u rah. Ħariġlu fin-nofs, lest biex jeħodlu b'idejh. Dak il-ħin ma setax jiġih f'rasu x'kien jismu, imma ftakar li kien komiku interist. Hemm ħafna minnhom l-Italja. L-intersti kollha jdaħħku.
"Dottor Bertolino..." qbiżt jien, bejn għax il-mossa ta' Joe neħħietli l-mistħija (għax jien ma kontx ser inwaqqfu) u bejn biex insalva lil sieħbi
"Cavaliere Bertolino," wieġeb hu bit-tbissima ta' fuq it-TV. Kif inti? Rajtek fuq ir-Rai3 ilbieraħ filgħaxija (Glob, L'Osceno del Villaggio). Jien interist. Jien Milanist. Ritratt.
Wara ftit ilmaħtu qed jixtri bott kappar u xi żejt taż-żebbuġ għal ommu. Beda jispjega bl-Ingliż lil dak tal-ħanut li weħlet ma' Joe kif ommu għamlitlu premura biex iġibilha l-kappar
Komplejna diskursata qasira qisna ilna nafuh sentejn. Sejrin naraw l-Eagles. Jien DJ, qallu Joe... anke
Saħħiet, u l-vjaġġ it-tajjeb. Enrico Bertolino mexa lejn il-gate mal-mara/kollega tiegħu.
"Dak Enrico Bertolino..." għedt lil Vince.
"Ehe?... erm. Min hu Bertolino?"


0 Comments:
Post a Comment
<< Home