Wara s-suċċessi spettakolari (spettakolużi) ta’ Sliema Wives u Madliena Married Men ta’ Gerard James Borg, jingħad li dawn ser ikunu l-ħames kotba li jmiss tal-istess awtur, li jsegwu bejn wieħed u ieħor l-istess linja.
1. Buġibba Bulgarian Bodybuilders
Storja li tinvolvi żewġ bodybuilders Bulgari f’Buġibba li jiġġennu fuq mara Ingliża alkolizzata ta’ 65 sena waqt karaoke.
2. Paceville Pregnant Policewomen
Wara xi tnax-il transfer, l-Ispettur Camenzuli jsolvi l-każijiet ta’ tqala suspettużi li xxokkjaw Korp tal-Pulizija sħiħ.
3. Kappara Colourblind Carnivores
Esperiment “horror” (bħall-oħrajn) fejn adolexxenti mill-Kappara jattakkaw u jieklu lil kull min jgħaddi minn taħt il-flyover.
4. Portomaso Property Agents
L-awtur jirritorna fid-dinja familjari ta’ nies tal-flus promiskwi, din id-darba ambjentat f’seminar organizzat minn Paul Vincenti.
5. Swieqi Sordid Stories
Vigilante mis-Swieqi jkollu relazzjoni passjonali ma’ omm it-tifel li kien għadu kif ġablu l-karozza żibel waqt lejla ta’ Halloween.