Wayne Flask

Author Translator Music Writer Public Annoyance

Dalwaqt

| 2 Comments

“Qed tibda tħossok xi ftit għajjien?”

Kellu raġun. Is-sala li kont fiha, bajda karti, kienet qed tibda tiddallam bil-mod, u mixħut fuq is-sodda kif kont b’wiċċi ‘l fuq, kelli għajnejja miftuħin beraħ. Bdejt inħosshom jingħalqu. Ma kellix saħħa niġġieled mal-loppju.

“Issa, iva” weġibtu. “Narakom għal xi s-siegħa, l-aħwa…”

U ġie kollox dlam ċappa.

* * *

Għadni sa llum ma nafx fuqhiex ser nikteb. U ġraw ħafna ħwejjeġ. Terremot fiċ-Ċina. It-Taljani tilfu showgirl kbira, Annamaria Franzoni, li spiċċat il-ħabs (wara ħafna logħob). Ġejjin l-Olimpiadi u se jkun hemm Pistorius. Ġej il-Euro 2008 u mhux se jkun hemm l-Ingliżi. L-Inter rebħu league, Ronaldo reġa tqażżeż biex ta biċċa penalty u Terry żelaq meta l-aktar kellu bżonn jibqa fuq żewġ saqajn.

Ġie l-Eurovision u ma kienx hemm Malta.

Eh, bilħaqq, il-Eurovision. Minn dakinhar li ġab punt wieħed biss Faniello, ma rġajniex tfaċċajna ‘l hemm fuq. Grace Borg probabbli għadha ma waqfitx titbissem. U dan Robert Abela, li jixbaħ ħafna lil David Bowie iżda jifhem fil-mużika daqs kemm jien nifhem fl-ornitoloġija, għadu ma jafx x’laqtu.

Għalissa, mhux ser ninfexx fi kritika la tal-bord tal-Maltasong, la tal-kantanta (li qas kellha ċans tagħmel xi ħaġa ħażina) u lanqas ta’ dawk kollha li ibda minn Montesin, kompli fil-kru ta’ Xarabank, u spiċċa f’tax-xagħar u tad-dwiefer, sena wara sena qed jitfaċċaw bħala “l-kontinġent Malti”.

Kif jgħid Beppe Grillo, vaffanculo.

Dalwaqt tisimgħu mingħandi. Kemmxejn aktar edukat minn Beppe, iżda beħsiebni naqta xi ftit jien ukoll. Issa wasal iż-żmien.

2 Comments

  1. Robert Abela aktar ifakkarni f’Andy Warhol… verżjoni kerha tiegħu però.

  2. Robert Abela aktar ifakkarni f’Andy Warhol… verżjoni kerha tiegħu però.

Leave a Reply

Required fields are marked *.